Għawdex: Fire engine għal ħin twil fi Pjazza San Franġisk

Arkivji

Karozza tat-tifi tan-nar issejħet fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex biex timla bl-ilma barriers tat-toroq, bil-għan li ma jinġarrux bir-riħ.

Il-Ministru Michael Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said. Fil-mistoqsija tiegħu Dr Said irrimarka li l-fire engine damet fl-istess post għal tul ta’ ħin.

Dr Farrugia stqarr li t-Tnejn 22 ta’ April filgħaxija fi Pjazza San Franġisk, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien qed jimla 60 plastic jersey barriers bl-ilma, fuq talba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.

Kompla jgħid li dan sar biex il-barriers ma jtirux bir-riħ u ma jkunux ta’ periklu għal ħaddieħor.

Il-Ministru spjega wkoll li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet f’Għawdex biex jiġi kkumpensat tal-ilma li ntuża.