Aġġornata: Għawdex bla dawl – ħsara f’cable

Aġġornata 11:40pm:

Il-provvista tal-elettriku tibda tiġi lura għan-normal, l-ewwel f'Marsalforn u l-Għasri.

Lokalitajiet oħra, għadhom bla dawl, fosthom ix-Xagħra u r-Rabat.

Hu mifhum li l-ħsara qed tissewwa u l-provvista qed tinġieb lura għan-normal, ftit ftit. 

Aktar kmieni:

Għawdex kollu llejla jinsab mingħajr provvista tal-elettriku.

Id-dawl inqata’ għall-ħabta tal-10pm u sa issa s-servizz għadu ma ġiex lura.

Hu mifhum li ħsara fuq cable wasslet għal dan il-qtugħ fil-provvista. Ħaddiema tal-Enemalta qed jaħdmu biex isewwu l-ħsara li żviluppat.

Għadu mhux magħruf fi x'ħin is-servizz jista' jerġa' lura għan-normal.