Għawdex b’rekord ta’ vjaġġaturi fl-Għid

Il-Ministeru għal Għawdex qal li l-ġimgħa l-oħra ntlaħaq rekord ieħor ta’ passiġġieri u vetturi li qasmu lejn il-gżira Għawdxija għall-vaganzi tal-Għid.
Fi stqarrija l-ministeru rrimarka li b’kollox l-attività żdiedet b’10.6% fuq dik tal-istess żmien is-sena l-oħra, kif ukoll bi kważi 30% aktar mill-2013.
Kien hemm ukoll żieda fil-vjaġġi li saru sabiex tintlaħaq id-domanda. Sar 12-il vjaġġ aktar mis-sena l-oħra u 32 aktar mill-2013.
Il-ministeru temm l-istqarrija tiegħu jirringrazzja l-ħaddiema tal-Gozo Channel, kif ukoll enfasizza li din iż-żieda hi indikazzjoni tal-bidla pożittiva li qed isseħħ f’Għawdex.