Għat-tieni darba dan l-istaġun Austin Martz jirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar

Il-plejer Amerikan ta' Pembroke Athleta, Austin Martz rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru.
Il-veloċità u l-istil aggressiv tiegħu kienu żewġ karatteristiċi importanti li swew ħafna lit-tim ta’ Pembroke.
L-istil ta' logħob tiegħu reġa' ħalla impressjoni tajba tant li dan diġà huwa t-tieni unur individwali għalih wara li rebaħ l-ewwel unur dan l-istaġun f’Awwissu.
Ir-responsabbiltà u l-ġenerożità tiegħu, kemm fil-grawnd kif ukoll barra huma ta’ importanza kbira għal Pembroke, li għadhom kemm kisbu l-promozzjoni għal BOV Premier League biex iżommu 'l bogħod miż-żona ta’ relegazzjoni.
Norman Bonello, Maniġer tal-fergħa ta' Tal-Ibraġ tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru lil Martz.
Il-plejer għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.