Għat-tielet darba United ifallu milli jżommu l-vantaġġ

Ole Gunnar Solskjaer qal li United għaddejjin minn fażi fejn qed jitgħallmu wara li fallew milli jżommu l-vantaġġ li kisbu. Il-gowl tad-draw ta’ Pierre-Emerick Aubameyang fisser li United fallew milli jirbħu logħba għat-tielet darba dan l-istaġun.

Din kienet it-tielet logħba tagħhom li kienu fil-vantaġġ sal-ewwel taqsima u tilfu l-oppportunità li jiksbu t-tliet punti.

United għaddejjin mill-agħar bidu tal-league fl-aħħar 30 sena.

Arsenal ġabu d-draw fit-58 minuta meta Aubameyang skurja s-seba’ gowl tal-istaġun.