Għat-tielet darba Airshow imħassar

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-airshow ta’ Malta mhix se tkun qed tiġi organizzata. Dan ħabbruh l-organizzaturi fi stqarrija qasira fuq facebook.

Is-Soċjeta Maltija tal-Avjazzjoni (MAS), ħabbret li d-diskussjonijiet li kienu għaddejjin bejnhom u l-Ministeru għat-Turiżmu, biex ikun organizzat l-Airshow Internazzjonali Malti għall-2020 sfaxxaw fix-xejn.

Skont il-MAS, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), “l-operatur ta’ Malta tal-uniku ajruport f’pajjiżna, naqas milli joffri parkeġġ adekwat għall-ajruplani li jiġu” biex ipaxxu l-għajnejn.

L-istqarrija tikkonkludi tgħid li hi tinsab iddiżappuntata bl-aġir tal-Gvern Malti, wara li skontha, dan naqas milli jagħmel aktar pressjoni fuq l-MIA biex jipprovdi aktar spazju ta’ parkeġġ.