Għat-tfal: Pasti tal-ħaxix

Ingredjenti:

  • Tadama kbira mqattgħa rqiqa
  • Basla żgħira mqattgħa fina
  • 100 gramma faqqiegħ imqatta’
  • 2 mgħaref qamħirrun
  • 2 mgħaref spinaċi mqatta’
  • 2 mgħaref piżelli
  • kwart ta’ bżaru aħmar, isfar, oranġjo u aħdar imqattgħin
  • 2 dawriet bacon/perżut imqattgħin irqaq
  • 2 mgħaref irkotta
  • 2 bajdiet
  • mgħarfa ġobon maħkuk

Metodu:

  • Ħallat sew il-ħaxix kollu flimkien
  • Żid il-bacon/perżut
  • Idlek bi ftit żejt dixx bil-forom tal-pasti
  • Ġo kull forma poġġi ftit mit-taħlita tal-ħaxix
  • Ħallat flimkien il-bajd, l-irkotta u l-ġobon maħkuk
  • Poġġi ftit minn din it-taħlita fuq it-taħlita tal-ħaxix
  • Sajjar f’forn moderat sa ma jiħmaru
  • Kun ċerta li l-ħaxix sar għall-gosti tiegħek

Din ir-riċetta ġiet ippubblikata fuq ir-rivista Flimkien