Għassu aktar lill-banek – Supervisor tal-ECB lill-awtoritajiet Maltin

Credit: Andrzej Barabasz

Is-Supervisor għoli fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) Andrea Enria qal li l-awtoritajiet Maltin għandhom jgħassu l-banek b’reqqa akbar.

Skont ir-Reuters, dan huwa l-aħħar appell li sar lill-awtoritajiet dwar ir-riskji li qed jaffaċċja dan is-settur Malti.

Il-kummenti ta’ Enria saru ġimgħatejn wara li korp Ewropew ta’ monitoraġġ ewlieni kellu kummenti kritiċi dwar Malta minħabba l-ġlieda fjakka tal-pajjiż kontra reati finanzjarji.

Is-sena l-oħra l-ECB għalaq il-Pilatus Bank wara li ċ-Chairperson tiegħu ġie arrestat fl-Istati Uniti minħabba aleegazjzonijiet ta’ ħasil ta’ flus u frodi.

Ġie rrappurtat li Enria kien kunfidenti li l-awtoritajiet Maltin jiksbu r-riżultati mixtieqa.