Għasfur arrestat fin-Netherlands wara serqa

Instagram - politieutrechtcentrum

Għasfur fin-Netherlands ġie arrestat mill-Pulizija wara li nstab fuq ix-xena ta’ serqa.

Il-Pulizija sabet l-għasfur fuq l-ispalla ta’ persuna li allegatament kienet wettqet serqa. L-għasfur ingħata l-ħobż u l-ilma waqt li nqafel f’ċella biex jirrefletti dwar dak li għamel.

Hekk kif bdiet tikber l-attenzjoni fuq l-għasfur, kamra tal-midja fin-Netherlands ħadet deċiżjoni responsabbli u pproteġiet l-identità tiegħu.