Għasafar rari jħejju l-passa tar-rebbiegħa

Fir-rebbiegħa l-gżejjer Maltin raw iħejju l-passa tar-rebbiegħa għasafar rari, fosthom tajr li kien ilu ma jintlemaħ Malta mis-Seklu 19.
Fi stqarrija BirdLife qalet li l-irjieħ qawwija minn fuq il-kontinent Afrikan li ħakkmu lill-ġżejjer Maltin f’dawn l-aħħar jiem seta’ kien il-kawża ta’ dawn l-ispeċi kkunsidrati vagranti.
Fost sawn l-għasafar rari li raw il-birdwatchers kien hemm in-Nankina, il-Kaċċamendula Prima, il-Bilblum Prim u l-Kuda ta’ Rasha Bajda.
Is-Segretarju fil-kumitat tar-raritajiet u r-rekords f’Malta Edward Bonavia qal li “Marzu kien xahar eċċezzjonali għal speċi ta’ għasafar mhux tas-soltu li rari naraw fuq Malta, b’4 minnhom mill-kontinent Afrikan.”
BirdLife tħeġġeġ lill-pubbliku biex jammira l-isbuħija tal-passa tal-għasafar fil-kampanja kif ukoll fir-riservi naturali tal-Għadira, is-Simar u l-Foresta 2000, fejn diversi speċi li jpassu fir-rebbiegħa jistgħu jiġu osservati mill-qrib.