Għasafar protetti jinħelsu lura fis-selvaġġ

15-il għasfur protett inħelsu lura fis-selvaġġ wara li għaddew mir-rijabilitazzjoni meħtieġa.
Dawn l-għasafar kienu qed jingħataw il-kura wara li sfaw midruba.
Huwa mistenni li dawn l-għasafar ikomplu fir-rotta tagħhom u jemigraw lejn l-Afrika.
Kull sena aktar minn mitt għasfur protett li jinġabru mill-NGOs u persuni oħra jkollhom bżonn xi forma ta’ kura veterinarja.
Din il-ħidma kienet ikkordinata mis-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Annimali f’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Korp tal-Pulizija.