Għarusa xxukkjata wara li l-kunjata xtrat ċurkett tat-tieġ lil binha

Għarusa xxukkjata żvelat kif il-kunjata tagħha għamlet ċurkett tat-tieġ ġdid għal binha għax ma għoġobiex iċ-ċurkett oriġinali li taw l-għarajjes taw lil xulxin fit-tieġ.

Iċ-ċrieket oriġinali l-koppja xtrat lil xulxin għat-tieġ.

L-għarusa, li żżewwġet riċentament stqarret l-istorja tagħha fuq il-midja soċjali fejn qalet li tinsab ixxukkjata bl-indħil tal-kunjata. Hija qalet li b’dan l-aġir irrealizzat li l-kunjata tagħha kien ikun aħjar kieku ‘żżewġet’ lil binha hi.

L-għarusa qalet kif qabel iżżewwġu l-kunjata staqsiethom biex tara ċ-ċrieket li kienu għażlu għat-tieġ u huma kienu eċitati biex juruwha l-għażla tagħhom hekk kif kien irnexxielhom jagħmluhom b’sinifikat speċjali għalihom bħala koppja. Jidher li omm l-għarus ma kienetx impressjonata bl-għażla tagħhom hekk kif ftit wara li żżewġu l-kunjata staqsiet lil binha x’qies jilbes iċ-ċrieket u aktar tard dakinhar wara x-xogħol sabet pakkett indirizzat għar-raġel tagħha d-dar.

Hekk kif fetħu l-pakkett sabu ittra mingħand il-kunjata lil binha u ċurkett ġdid tat-tieġ bi stil differenti. In-nota kienet tgħid “Rajt dan iċ-ċurkett u għoġobni iktar għalik. Naħseb li jixraqlek iktar bħala stil.”

Jidher li kemm ir-raġel u l-mara qablu li kellhom jibgħatu ċ-ċurkett lura lill-omm ir-raġel. Meta l-omm staqsiethom għalfejn kienu bgħatuh lura huma spejawlha li ċ-ċrieket li għażlu kienu speċjali u kellhom sinjifikat għalihom.