Għargħar Malawi: 48 persuna jmutu, 25 tifel u tifla jinġarru mill-ilmijiet

Tal-inqas 48 persuna tilfu ħajjithom u madwar 23,000 kellhom jiġu evakwati wara li għargħar ħakem il-Malawi.
Il-President tal-pajjiż Peter Mutharika ddikjara li terz tal-pajjiż jinsab f’żona ta’ diżastru u appella għall-għajnuna internazzjonali.
Rapporti internazzjonali juru kif 25 tifel u tifla tal-iskola nġarru mal-għargħar aktar kmieni din il-ġimgħa.
Ix-xita qawwija bdiet ix-xahar li għadda, u mistenni li tibqa’ għaddejja fil-jiem li ġejjin.