Għargħar kbar fi Triq il-Kosta minkejja x-xogħol li sar

Wara x-xita ta’ billejl, kmieni dalgħodu Triq il-Kosta kienet maħkuma minn għargħar kbar. Dan minkejja x-xogħol li riċentament sar fuqha.
Minħabba l-ilma kollu li nġema’, it-triq spiċċat kompletament magħluqa, bil-barriers ukoll jagħlqu partijiet mit-triq.
Barra minn hekk, ix-xufiera li kienu qed isuqu minn Triq il-Kosta ma kellhom ebda għażla oħra ħlief li jsuqu one way.
Fuq il-midja soċjali kienu diversi dawk li kkritikaw ix-xogħol li sar fuq Triq il-Kosta, u sostnew li l-Gvern ħela €83 miljun fuq ix-xogħol ta’ Triq il-Kosta.
Oħrajn b’sens umoristiku qalu li issa din se terġa’ tingħalaq għal sentejn biex isir xogħol fuq ix-xogħol li diġà sar.

Ritratt: MRTU