Għargħar kbar fl-Italja jħallu l-vittmi

Fin-naħa ta’ fuq tal-Italja hemm ħerba kbira kkawżata mill-għargħar u x-xita qalila li b’mod partikolari ħakmu Parma. Dan wara li f’temp ta’ seba’ sigħat niżlet xita ekwivalenti għal dik li tinżel fi tliet xhur. Sa issa rriżulta li tilfu ħajjithom tliet persuni.
F’temp ta’ 24 siegħa, il-Pulizija rċevew 2,200 sejħa għall-għajnuna.  
Il-ħsara li saret hi stmata li tiswa miljuni ta’ ewro.