Għargħar fl-Italja; 11 mejta

Reuters

Tal-anqas 11-il persuna nstabet mejta wara li nġarret fuq il-blat minħabba l-għargħar fin-Nofsinhar tal-Italja.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li salva 23 persuna u 12-il persuna oħra ttieħdet l-isptar wara dan l-inċident f’wied dejjaq fir-reġjun ta’ Kalabrija. Il-11-il vittma mietet l-isptar.

Minn tal-anqas 5 persuni ġew irrappurtati nieqsa, imma n-numru jaf jiżdied għax mhux kollha kemm huma kienu reġistrati, peress li ma daħlux fil-wied ma’ gwidi uffiċjali.

6 mill-vittmi kienu nisa u 5 rġiel. In-nazzjonalitajiet tagħhom għadhom mhux magħrufa, iżda ħafna mit-turisti li jżuru dan ir-reġjun normalment ikunu Taljani.

Għal rapport fid-dettall, tista’ taqra hawn.