Għaqdiet internazzjonali jridu li Malta tneħħi d-detenzjoni tal-immigranti

Għaqdiet internazzjonali li jaħdmu favur id-Drittijiet tal-Bniedem, fosthom Human Rights Watch, qed jappellaw lill-Gvern Malti sabiex ma jkunx iebes fil-konfront tal-immigranti irregolari u fl-istess ħin ineħħi is-sistema preżenti tad-detenzjoni.

Din is-sistema rċeviet ukoll kritika minn studju li sar mill-Universita’ ta’ Oxford.

Dan l-istudju isostni li s-sistema tad-detenzjoni f’Malta qed twassal biex jinkisru d-drittijiet fundamentali tal-immigranti.

Malta huwa l-uniku pajjiz fl-Unjoni Ewropea li għandu detenzjoni mandatorja ta’ 18-il xahar.

Filwaqt li l-frustrazzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin qed tiżdied ma’ kull wasla tal-immigranti, il-Gvern qed jippersisti bit-talba li l-‘burden sharing’ ikun obbligatorju fost il-pajjiż kollha tal-Unjoni Ewropea.