Għaqda Spanjola b’kampanja kontra l-ġuħ

Fi Spanja, għaqda volontarja fi ħdan il-Knisja nediet il-kampanja annwali tagħha kontra l-ġuħ.
Fl-14 ta’ Frar, meta Spanja tiċċelebra l-għaqdiet mhux governattivi, din l-għaqda se torganizza inizjattivi u attivitajiet madwar Spanja kollha.
Skont l-aġenzija Fides, din il-kampanja se tkun il-bidu ta’ tliet snin ta’ ħidma kontra l-ġuħ, bl-għaqda tipprova taħdem biex tindirizza l-kaġun u l-problemi tal-ġuħ madwar id-dinja.
Skont l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura, tan-Nazzjonijiet Magħquda, sa din is-sena, persuna minn kull 9 fid-dinja qed ibatu l-ġuħ.