Aġġornata: “Għandu jinħatar supretendent għat-tibdil fil-klima” – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-mozzjoni ppreżentata mill-Oppożizzjoni, il-PN qed jisħaq li għandu jinħatar supretendent għat-tibdil fil-klima biex jiżgura li Malta tilħaq dawn il-miri. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Delia tkellem dwar l-ambjent b’mod partikolari dwar it-twaqqif ta’ Kumitat Nazzjonali għall-Emerġenza tat-Tibdil tal-Klima. Spjega li dan il-kumitat għandu jżomm kuntatt ma’ esperti u s-soċjetà ċivili u jipproponi inizjattivi sabiex Malta tiġġieled it-tibdil fil-klima. Komplja jispjega li ta’ kull sena, dan il-kumitat għandu jippublika rapport biex jinforma x’sar u x’hemm bżonn isir biex jintlaħqu l-miri stabbiliti għat-tnaqqis fl-emmissjoinijiet sal-2030 u sal-2050 f’konformi ma’ obbligazzjonijiet Ewropej.

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta mozzjoni fil-Parlament biex jipproponi t-twaqqif ta’ Kumitat Nazzjonali għall-Emerġenza tat-Tibdil tal-Klima.

Nature Trust Malta appoġġjat din l-inizjattiva u ħeġġet biex il-Membri Parlamentari kollha jivvutaw favuriha. Fi stqarrija, din l-għaqda qalet li lesta taħdem mal-kumitat biex isir ġid komuni.

Fl-istess waqt f’din il-konferenza ta’ l-aħbarijiet ingħataw dettalji dwar il-proposti li hemm fid-dokument ta’ qabel il-Budget tal-Partit Nazzjonalista, proposti immirati biex pajjiżna ikollu ambjent aħjar. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent Jason Azzopardi semma l-proposti li hemm fid-dokument. Fost dawn ta’ min isemmi:

•      L-introduzzjoni tad-dritt legali actio popolaris f’materji ambjentali;

•      Il-krejazzjoni ta’ pjattaforma diġitali, miftuħa għal kulħadd, li fiha kull persuna, għaqda mhux governativa, akkademiċi u oħrajn ikunu jistgħu jaqsmu ideat, esperjenzi u studji xentifiċi ta natura ambjentali;

•      Aċċess aħjar u iżjed trasparenti għall-informazzjoni marbuta ma’ deċiżjonijiet ambjentali

•      Kull permess ta’ żvilupp għandu jkun akkumpanjat minn terminu raġenovli li fih irid isir l-iżvilupp biex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent għall-komunità u residenti.

•      Il-Gvern jdaġġal kriterji ambjentali fit-tenders pubbliċi.

•      L-Awtorità tal-Ambjent tingħata id-dritt tal-aħħar kelma f’applikazzjoni ta’ żvillup ta’ portata kbira li jkunu ser jaffetawaw lokalitajiet li huma ambentalment sensittivi

•      L- SPED jigi aġġornat b’vizzjoni li tħares lejn is-sena 2050

•      Inċentivi fiskali sabiex ikun hemm standards ambjentali għoljin f’bini ġdid.

•      Inċentivi fiskali għall-binjiet li jilħqu standards NZEB (Near-Zero Energy Buildings)

•      Jinbeda proċess konsultattiv dwar id-dritt għar-raġġi tax-xemx fuq is-soqfa, partikularment għal dawk li investew f-sistema ta’ pannelli tax-xemx.

•      Inċentivi fiskali għal min jagħmel ġonna fuq il-bjut

•      Parti mill-VAT miġbura minn lokalità għandhom jintużaw biex dik l-istess lokalità tiġi imtejjba u mmanġġijata aħjar.

•      Issir Skyline policy għal Malta u Għawdex

•      Malta tniedi proċess, fil-qafas ta-trattiti internazzjonali eżistenti, biex jiġu protetti l-ibħra tagħna

•      Jiġi stabbilit Noise Control Board

•      Jiġu nfurzati r-regolamenti u liġijiet li jitolbu li kull binja jkollha Sistema li tiġbor l-ilma tax-xita;

•      Isir audit fuq il-vetturi kollha tal-Gvern sabiex jiġi assigurat li dawn huma konformi mar-regoli ambjentali partikularment fejn jidħlu emmissjonijiet u ħsejjes

•      Issir policy nazzjonali u strategija biex il-lokalitajiet iħaddru iżjed

“Il-PN mhux kredibbli” – il-PL

Il-Partit Laburista qal fi stqarrija li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli. Il-PL qal li Jason Azzopardi ma tantx jista’ jitkellem dwar l-ambjent meta kien fil-Kabinett u parti mid-deċiżjoni tal-ikbar estensjoni fiż-żoni ta’ żvilupp fl-2006 u bidel anke l-liġi biex seta’ jintuża l-Heavy Fuel Oil fil-produzzjoni tal-elettriku.