Għandu erba’ snin u diġà elett Sindku darbtejn

Robert Tufts għadu lanqas biss beda l-iskola primarja iżda diġà nħatar Sindku darbtejn.

Tufts inħatar Sindku għal darb’oħra waqt il-festival Taste of Dorset, fir-raħal żgħir ta’ Dorset li jinsab fit-tramuntana ta’ Minnesota.

Ir-raħal tant huwa żgħir li kulma hemm jgħixu fih huma 28 persuna.

Omm Robert, Emma Tufts qalet li ma tistax temmen kif binha reġa’ ġie elett għat-tieni darba.

Dan meta Robert se jagħlaq ħames snin f’Ottubru li ġej.

Min-naħa tiegħu, Robert Tufts mhux qed iġorr ir-responsabbiltajiet ta’ Sindku għaliex f’Dorset m’hemmx Kunsill Lokali.

Mistoqsi mill-ġurnalisti, Robert qal li kulma jixtieq huwa li jkompli jilgħab ma’ sħabu.