​Għandna nittrattaw lil Rochdale daqslikieku Juventus – Pochetino

Il-kowċ ta’ Tottenham Hotspurs Mauricio Pochettino, f’kummenti li ta lis-sit uffiċjali tal-klabb sostna illi huwa jipprepara lill-plejers tiegħu bħal li kieku qed jilagħbu xi finali u meta għada jilagħbu fil-ħames rawnd tal-FA Cup kontra Rochdale United, huwa qed idaħħal mentalità f’moħħ il-plejers tiegħu li għandhom iqisu lil dan it-tim daqs Juventus.
“Tgħallimna ħafna mill-partita li lgħabna fir-raba’ rawnd kontra Newport u huwa għalhekk illi qatt m’għandek tirrilassa iżda dejjem taħdem aktar ħalli tikseb ir-riżultati mixtieqa,” qal Pochettino.
Dan tal-aħħar ġie mfaħħar mill-istampa Ingliża wara li ġew minn żewġ gowls minn taħt u kisbu dro imprezzabbli ta’ 2-2 barra minn darhom kontra Juventus fir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League.