Għandna nibdew nilbsu l-maskri meta noħorġu barra?

Maskri mediċi ppakkjati biex jintbagħtu lejn iċ-Ċina.

Read in English.

Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-Mediċina Pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv qalet li min jilbes maskra fil-pubbliku xorta jrid jaħsel idejh u jżomm id-distanza.

Waqt Newsbook Q&A, Melillo saħqet dwar l-importanza ta’ kif wieħed jilbes u jinża l-maskra. Meta tneħħiha trid tara li ma tmissx il-parti kkontaminata, għax jekk tmiss wiċċek u postijiet oħra tkun qed tikkontaminahom bil-virus.

Filwaqt li fakkret li l-virus jista’ jaqa’ sa metru  ‘l bogħod permezz ta’ qtar waqt it-taħdit, bis-sogħla u bl-għatis, Dr Melillo qalet li ħadd m’għandu daqshekk maskri biex jilbes waħda kuljum għal tliet xhur sħaħ.

Aħna li naħdmu fil-ħwienet għandna nilbsu maskri?

Aktar milli jilbsu maskri huwa importanti li jżommu d-distanza u jużaw hand sanitisers spiss. Enfasizzat li dan għandu jsir wara kull klijent. “Tinsewx li persuna tmiss ħafna oġġetti bħall-flus eċċ, allura importanti li tuża hand sanitiser spiss biex ma nmexxux il-virus.

Maskri home-made tajbin?

Il-konsulent spjegat li dawn it-tip ta’ maskri jridu jinħaslu f’temperaturi għoljin ħafna u li meta jilbishom wieħed xorta jrid iżomm id-distanza u jaħsel idejh spiss.

Għaliex għad hawn health care workers jidħlu l-isptar bl-uniformi?

Melillo enfasizzat li dan m’għandux isir. “L-aħjar li jilbsu l-iscrubs l-isptar u jbiddlu qabel joħorġu, u jaħsluhom id-dar”, kompliet tgħid. Saħqet li ħafna health care workers qed jorqdu fid-djar tal-anzjani fejn jaħdmu, biex ixekklu l-virus milli jkompli jinfirex.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn