“Għandna dritt inwaqqfu ħaddiema tal-kuntrattur” – Maniġment Monte Karmeli

Il-Maniġment tal-Isptar Monte Karmeli għandu dritt jiddeċiedi li jwaqqaf carer tal-kuntrattur mingħajr ma jagħti r-raġuni għaliex. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn Jeremy Camilleri, kelliem għall-General Workers’ Union (GWU).

Camilleri sostna li rċieva informazzjoni dwar abbuż mill-maniġment tal-isptar fuq il-ħaddiema tal-kuntrattur. Spjega kif jekk ħaddiema tal-Gvern jilmentaw lill-maniġment tal-Isptar Monte Karmeli dwar xi ħaddiem tal-kuntrattur, il-maniġment jista’ jitlob lill-kuntrattur sabiex lil dak il-ħaddiem ma jibagħtux iktar għax-xogħol fl-isptar. Saħaq li dan jista’ jsir mingħajr ma tingħata raġuni valida.

“Imġiegħla jqattgħu 2.5 sigħat brejk fl-istaff room”

Camilleri spjega kif dawn il-ħaddiema jiġu trattati propju bħala “numru ta’ sigħat” u mhux bnedmin. Sostna li ġeneralment il-maniġment jitlob lill-kuntrattur sabiex il-ħaddiema tiegħu jkopru numru ta’ sigħat, u għaldaqstant ma tagħmillux differenza dwar min jintbagħat, sakemm ix-xogħol isir.

“Kemm barranin u anke Maltin qed imorru minn taħt”

Il-kelliem għall-unjin kompla jgħid kif apparti l-Maltin li qed jiġu affettwati minn dawn il-kundizzjonijiet, hemm bosta barranin. Spjega li dawn qed jiġu sfruttati aktar minħabba li jibżgħu jaqbżu għal drittijiethom. Intant appella sabiex il-ħaddiema barranin ukoll jissieħbu ma’ xi unjin li jħossu li tista’ tirrappreżentahom ħalli jassiguraw li d-drittjiet tagħhom ma jiġux mittiefsa.

“Carers imġiegħla jagħmlu xogħol ta’ infermiera”