Għandi nuża l-lift minħabba l-coronavirus?

Dr Tanya Melillo, Konsulent għas-Saħħa Pubblika enfasizzat li s-social distancing għandu jiġu rispettat anke fil-lifts.

Dwar il-mistoqsija jekk hux rakkomandat li fil-lifts tal-vapuri tal-Gozo Channel jidħlu erba’ persuni f’daqqa, Dr Mellilo qalet li kemm jista’ jkun jidħlu żewġ persuni biss. Żiedet tispjega li dejjem jiddependi d-daqs tal-lift.

“Nirrakkomanda li n-nies jevitaw li jużaw il-lift. Jużawh biss dawk li ma jistgħux jitilgħu t-taraġ. Anke fil-lift importanti li tilbes il-maskra, u jekk tagħfas xi buttuna aħsel idejk dritt wara”, kompliet tgħid.

Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn