Għandi nħalli ħwejġi ħdejn il-bieb ta’ barra?

Read in English.

Dr Tanya Melillo, Konsulent tal-Mediċina Pubblika fit-Taqsima tal-Mard Infettiv qalet li wieħed m’hemmx għalfejn jinża ħwejġu ħdejn il-bieb ta’ barra. Madanakollu saħqet dwar l-importanza li wieħed jaħsel idejh sew mill-ewwel.

Tal-inqas għandi nħalli ż-żarbun ħdejn il-bieb?

Dr Melillo tgħid li jekk wieħed inaddaf il-qiegħ taż-żarbun qabel jidħol id-dar jagħmel tajjeb, “imma mhux daqshekk prijorità” żiedet tgħid.

Xtrajt kaxxa tal-kartun u bi żball messejtha ma’ borża taż-żibel. Ħallejtha wara l-bieb. Nista’ nieħu l-virus?

Jekk ħallejt il-kaxxa wara l-bieb għal jumejn, jekk kien hemm xi traċċi tal-virus, dan miet. Għaldaqstant issa tista’ ddaħħalha ġewwa. Dejjem aħsel idejk sewwa.

Għandek bżonn l-għajnuna? Ara fuq liema numri tista’ ċċempel

  • 111 – Għal dawk li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtiequ iktar informazzjoni
  • 21411 411 – Għal dawk fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċinali
  • 2294 4511/2294 4504 – Biex tirrapporta lill-pulizija każi ta’ ksur tar-regolamenti dwar saħħa pubblika u l-Covid-19
  • 1772 – Għal dawk li jħossuhom waħedhom
  • 1575 – Għall-ħaddiema biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 1576 – Għal min iħaddem biex jistaqsu dwar pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol
  • 153 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali
  • 144 – Għal dawk li jridu tagħrif dwar il-miżuri fil-pakkett finanzjarju li qed jiġu amministrati mill-Malta Enterprise
  • 2204 2200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’pajjiż ieħor u jridu jiġu lura Malta
  • 2598 1000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv
  • 2169 2447– Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra
  • 2590 3030 – Għall-anzjani mingħajr sapport li għandhom bżonn mediċini, ikliet lesti jew prodotti tal-ikel (frott u ħaxix)
  • 2546 9111 – Għal dawk li jaħdmu fl-industrija tal-gaming

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn