“Għandi fiduċja fl-awtoritajiet Maltin” – Antonio Tajani

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, qal li hu fiduċjuż fl-awtoritajiet Maltin.
Tajani kien qed jitkellem fil-Kunsill Ewropew illum, meta rrimarka li l-Ewropa għexet traġedja bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Iddeskriviha bħala persuna li kienet tfittex il-veritajiet skomdi għal min uu fil-poter, filwaqt li żied jgħid li l-Parlament se jiddiskuti din il-kwistjoni l-ġimgħa li ġejja fil-plenarja.
Temm jgħid li filwaqt li ħafna qed jistaqsu jekk hemmx investigazzjoni fil-fond u bir-reqqa, hu għandu fiduċja fl-awtoritajiet Maltin.