‘Għandi 56 u għandi d-dimensja’ – esperjenza ta’ mara mill-Brażil

“Jisimni Andrea u għandi 56 sena. Jiena miżżewġa u għandi erbat itfal. Iriċvejt dijanjożi tal-Alzheimer’s tmien xhur ilu.”

L-esperjenza ta’ Andrea ġiet ippubblikata fir-rapport tal-2019 mill-Alzheimer’s Disease International (ADI).

Qalet li ommha kellha l-Alzheimer’s imma qatt ma immaġinat li dan kien se jiġri lilha wkoll.

X’inhi d-dimenzja?

“F’salt minnhom bdejt ninsa l-affarijiet, ninsa l-ismijiet tal-ħbieb, u ninsa l-affarijiet li kelli nagħmel. Kont ukoll nitlef xi affarijiet li mbagħad kont insib xi jiem wara.”

Qalet li bdiet tirrabja magħha nnifisha u r-raġel tagħha, Eduardo, ukoll kienet qed taqbiżlu.

“Ma setax jifhem x’kien qed jiġri,” qalet Andrea. Qalet li ħassitha inqas stressjata wara li rċeviet id-dijanjożi. Iddeċidiet li tibda tmur lezzjonijiet tal-għawm u tal-Ingliż.

“Ftit wara d-dijanjożi ndunajt li l-affarijiet se jinbidlu. Eduardo ma kienx iħallini mmur f’postijiet li ma kontx familjari magħhom. Qabel kont nimxu waħdi madwar il-belt kollha. Issa kull meta rrid immur x’imkien ‘il bogħod iwassalni.”

Andrea spjegat li l-ħbieb tagħha għadhom jistednuha għal xi festini. Però kellha titlaq mix-xogħol tagħha bħala dentista għax kienet qed tinsa tikteb rapporti li kellha tagħmel. Kienet tistħi meta kien jiġri hekk.

2 minn 3 jaħsbu li d-dimenzja tiġi b’mod normali – stħarriġ dinji

L-awturi tar-rapport qalu li huwa komuni li persuni bid-dimenzja jirrapportaw li jaffaċċjaw stigmatazzjoni soċjali. Il-kuntributuri kienu Prof Cleusa Ferri, Prof Elaine Mateus, Dr Deborah Oliveira, u Dr Fabiana de Mata.

Ir-rapport tal-ADI ġabar fih esperjenzi oħra.

Mara li kienet qed tieħu ħsieb lir-raġel tagħha li kellu l-Alzheimer’s rrakkontat l-istorja tagħha dwar kif kienet se tintefa’ taħt trailer miegħu biex ittemm it-tbatija tagħhom. Il-każ ġara fil-Messiku.

Esperjenza mill-Messiku: Konna se nintefgħu taħt trailer – mara b’raġel bl-Alzheimer’s

“Li tkun anzjan u li jkollok id-dimenzja hija stigma doppja,” qalet Dr Nori Graham li hija Viċi President Onorarja tal-Alzheimer’s Disease International (ADI).

“Li tkun anzjan u jkollok id-dimenzja hi stigma doppja” – tabiba mir-Renju Unit