Għandhom jitneħħew il-midja tal-partiti – PD

Il-Partit Demokratiku appella biex ikunu msaħħa l-midja indipendenti sabiex ikunu jistgħu jagħtu stampa aktar ċara ta’ dak li qed jiġri. Il-PD appella biex titneħħa l-midja tal-Partiti.

Huma saħqu li l-istazzjonijiet NET u ONE mhux jagħtu stampa ċara ta’ dak li qed jiġri u dan qed jipprevjeni milli l-poplu jkun jista’ jaħseb u jirraġuna b’mod kritiku.

Il-Partit Demokratiku ssuġġerixxa li l-istazzjonijiet tal-midja jkunu indipendenti mill-partiti taħt il-liġi kif ukoll li jkun hemm bord editorjali li jirrapreżenta lill-poplu u mhux ikkontrollat mill-partiti.

Żiedu li dan iwassal biex ikun hemm aktar diskussjonijiet ġenwini dak li qed jiġri. Huma qalu li l-Prim Ministru l-ġdid għandu jipprijoritizza dan is-suġġeriment u jaħdem fuqha.