Sibtek tal-lum hu wieħed imħallat b’bosta stejjer ta’ interess u fost oħrajn se jlaqqagħna ma’ Nevise Caligari u Pierre Borg, kif ukoll mal-pets tagħhom. Fid-dar għandhom 16-il qattus u żewġt iklieb. L-istorja tagħhom se tqanqal ħafna interess.
Permezz ta’ dan il-programm illum Ryan se jkun qed jilqa’ fl-istudjo kantanti Għawdxin li se jgħidu tagħhom.
Se jitwasslu ħafna stejjer li ma kontx taf, fosthom anki dik taż-żeffiena Anthea Zammit, li se titkellem dwar żmien diffiċli li għaddiet minnu.
Sibtek jixxandar illum fis-12.45pm fuq TVM.