Għandha tissaqqaf Triq Reġjonali?

Parti minn Triq Reġjonali f’Santa Venera tista’ tiġi msaqqfa jekk jinstab li mhux se tħalli mpatt negattiv fuq iż-żona.
Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli qal li bħalissa beda l-proċess ta’ studju intesiv fuq iż-żona ta’ Triq Brighella.
Skont il-Ministeru, jekk jiġi approvat dan il-proġett se jkun hemm lok għal arja aktar nadifa fil-livell ta’ fuq tat-triq, kif ukoll inaqqas l-istorbju fil-livell t’isfel.
Iż-żona jaf tara ukoll l-introduzzjoni ta’ infrastruttura ħaddara fuq l-istruttura sabiex taħdem taħt forom differenti kontra l-effetti tal-urbanizzazzjoni.