“Għandha tinġarr responsabbiltà politika” – MŻPN

Monique Agius

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista sejjaħ lil dawk kollha responsabbli minn dak li ġara s-Sibt meta ttieħed vot dwar min għandu jieħu post David Stellini fil-Parlament u iktar tard sar magħruf li nies li ma kellhomx jivvutaw, ingħataw il-vot, biex iġorru r-responsabbiltà politika.

AQRA: Il-PN jitlob biex il-mozzjoni ta’ co-option ta’ Jean Pierre Debono tiġi posposta

AQRA: It-teżorier tal-PN f’kontroversja dwar il-vot tas-Sibt; il-PN iwieġeb

L-MŻPN saħaq li s-sitwazzjoni m’għadiex tenibbli.

David Stellini rriżenja wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u se jkun qed jirritorna għax-xogħol li kellu qabel fi Brussel. Is-Sibt saret votazzjoni waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li fiha ġie magħżul Jean Pierre Debono meta ġab 42 vot, filwaqt li Kevin Cutajar li kien ħareġ fuq it-13-il distrett ġab 40 vot.

AQRA: Aġġornata: Nulla l-elezzjoni ta’ Jean Pierre Debono – Il-Kumitat tal-PN f’Għawdex

AQRA: Aġġornata: Is-siġġu parlamentari ta’ Għawdex insteraq b’qerq – l-eks President tal-Eżekuttiv tal-PN

Il-Ħadd ħareġ li nies li ma kellhomx dritt jivvutaw, ivvutaw fl-votazzjoni tas-Sibt. Dan wasal biex il-Partit Nazzjonalista talab lill-Uffiċċju tal-Ispeaker biex jippostponi l-co-option ta’ Debono. Debono kien diġà fil-Parlament iżda ċeda s-siġġu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

AQRA: Aġġornata: Filmat: Jean Pierre Debono se jieħu post David Stellini fil-Parlament

L-MŻPN saħaq li s-sitwazzjoni kif żvolġiet ma baqgħetx tenibbli, u li ‘issa daqsekk’. Sejjaħ biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika b’rispett tal-eluf ta’ votanti u voluntiera li jagħtu ħinhom għall-partit.

Huma sejjħu lil dawk kollha involuti f’dak li ġara s-Sibt biex jirriżenjaw.

AQRA: Bl-attakki fuq il-midja soċjali l-PN mhux se jimxi ‘l quddiem – Delia

AQRA: Filmat: “M’għandix aktar ħin x’naħli fuqu” – Delia dwar Jason Azzopardi

AQRA: Filmat: “Nappella lil min għandu responsabbiltà akbar biex jagħmel bħali”; Sammut jirreżenja minn President tal-Eżekuttiv

We have always stood out from our peers for our unwavering voice, unorthodox approach and the willingness to break ranks…

Posted by MŻPN on Sunday, June 2, 2019

This weekend we witnessed in the PN what had noticeably been absent for almost two years: accountability and leadership….

Posted by Jamie Vella on Sunday, June 2, 2019