Għandha maskara ta’ waħda mill-vittmi tal-MH17

Tfajla mil-Lvant tal-Ukraina tefgħet fuq Instagram ritratt ta’ maskara li allegatament jappartjeni għal xi ħadd mill-vittmi tat-titjira tal-Malaysia Airlines MH17.
 
Taħt ir-ritratt, it-tfajla kitbet: “Mascara minn Amsterdam, mill-għalqa biex inkun preċiża, tafu xi rrid infisser.”
 
Ekaterina Parkhomenka, li tiddeskrivi lilha nnifisha bħala separatista favur ir-Russja, toqgħod Torez, Belt li tinsab ftit mili l-bogħod minn fejn waqgħet it-titjira MH17.
 
Ir-ritratt tneħħa minn fuq Instagram wara li qajjem kontroversja kbira.
 
Din il-kontroversja ġiet ftit jiem wara rapporti li separatisti favur ir-Russja dehru fuq il-post tal-inċident jisirqu minn fuq l-iġsma tal-vittmi u jeqirdu evidenzi li setgħu jgħinu fl-investigazzjoni tal-inċident.  
 
L-ajruplan waqa’  fil-parti magħrufa għall-kunflitt bejn dawk favur l-Ukraina u oħrajn favur ir-Russja. Fl-isplużjoni kienu tilfu ħajjithom 298 persuna li kienu abbord l-ajruplan.