Għandha 60 sena: tirbaħ midalja waqt il-Para-Athletics

Il-Ġappuniża Teruyo Tanaka rebħet il-fidda fit-T52 100m. Tanaka għandha 60 sena u kienet qed tieħu sehem fil-World Para-Athletics Championships.

Tanaka li bdiet dan l-isport fl-1988, irnexxielha tikser ir-rekord tal-ħin ta’ dan l-istaġun b’22.85 sekonda. Hi spiċċat fit-tieni post, sekonda bogħod mill-Amerikanat Kerry Morgan li għandha 45 sena.

Hi kienet rebħet il-deheb fit-800m waqt l-Atalanta Paralympics lura fl-1996. Tanaka rebħet ukoll midalji f’Sydney fl-2000 u f’Beijing fl-2008.

Tanaka m’hix l-akbar kompetitriċi f’dawn il-logħob li qed isiru f’Dubai. Seħbitha l-Ġappuniża Toshie Oi għandha 71 sena. Oi spiċċat fil-ħames post fil-kompetizzjoni tax-shot put.