Għandek wieħed mill-iktar ismijiet popolari fl-2018?

Noah, Luca, Liam, Emma, Mia u Valentina kienu l-aktar ismijiet popolari li ngħataw matul l-2018. Dan ħareġ minn Mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Laburista Byron Camilleri lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar liema kienu l-aktar ismijiet popolari matul l-2018 għas-subien u għall-bniet.

Sal-2017 l-aktar isem popolari mis-sena 2000 għall-bniet kien Martina hekk kif kien hemm 517-il persuna, isegwih kien hemm l-isem Nicole li kien hemm total ta’ 374 persuna. Min-naħa l-oħra sal-2017 kien hawn 330 tifla bl-isem ta’ Emma. Din is-sena reġa’ jinsab mal-iktar tliet ismijiet popolari fl-2018.

Min-naħa l-oħra mis-sena 2000 sal-2017 l-iktar isem popolari kien Jake b’total ta’ 900 tifel. Isegwih kien hemm Luca b’total ta’ 536 tifel li huwa wkoll din is-sena reġa’ jinsab mal-iktar tliet ismijiet komuni fl-2018. Isegwihom hemm l-isem Matthew li sal-2017 kien hemm 310 li ingħatalhom dan l-isem.