Filmat: Għandek tilbes maskra minħabba l-coronavirus?

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qed toħroġ għadd ta’ avviżi dwar il-coronavirus, peress li l-inkwiet tan-nies fuq dan il-virus madwar id-dinja eskala, allura l-organizzazzjoni qiegħda tagħmel li tista’ biex tinforma lill-pubbliku fuq x’inhu veru u x’mhux dwar il-virus.

Minn mindu ħarġet l-aħbar tal-epidemija, bosta nies bdew jilbsu l-maskri biex jgħattu ħalqhom u jevitaw li jiġu infettati bil-virus. Madwar id-dinja, il-maskri bdew jispiċċaw tant kemm inxtraw minn nies.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ raġel li jbigħ l-għodda li ħataf l-opportunità u beda jbigħ il-maskri li jużaw il-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol fil-Belt Valletta. Imma kemm huma utli dawn il-maskri?

Il-WHO avżat li nies li mhumiex morda, għandhom jilbsu l-maskri biss jekk qegħdin jieħdu ħsieb persuna suspettata li għandha l-Covid-19. Inkella, il-maskra għandha tintlibes jekk xi ħadd ikun qed jisgħol jew jagħtas.

Madankollu, l-għaqda insistiet li l-maskri huma effettivi biss jekk dak li jkun jaħsel idejh ta’ spiss b’hand rub alkoħoliku jew bis-sapun u l-ilma.

Jekk wieħed jilbes maskra, irid joqgħod attent kif jużaha u kif jarmiha:

  • Qabel tilbes il-maskra, aħsel idejk b’hand rub alkoħoliku jew bis-sapun u l-ilma
  • Għatti ħalqek u mnieħrek bil-maskra u kun ċert li m’hemmx spazju mikxuf bejn wiċċek u l-maskra
  • Evita li tmiss il-maskra waqt li tkun biha; jekk tmissha, aħsel idejk
  • Jekk tixxarrab, biddel il-maskra b’waħda ġdida; tużax maskri li jintlibsu darba u daqshekk
  • Biex tneħħiha, neħħiha minn wara (tmissx il-parti ta’ quddiem tal-maskra), armiha mill-ewwel f’landa taż-żibel magħluqa, aħsel idejk b’hand rub alkoħoliku jew bis-sapun u l-ilma

X’qalet iżjed il-WHO?