Għandek ritratti jew filmati ma’ Mons. Anton Teuma?

Dun Anton Teuma
Gozo Diocese

Read in English.

Għandu 56 sena u ġej mill-Parroċċa tax-Xagħra. Kien welder u electrician. Nhar il-Ġimgħa se jiġi ordnat bħala d-disa’ Isqof ta’ Għawdex.

Int x’taf dwar Mons. Anton Teuma? Jekk għandek xi aneddoti, ritratti jew filmati ma’ Mons. Anton Teuma tista’ tibgħathomlna fuq info@newsbook.com.mt u aħna nippubblikawhom fuq Newsbook.com.mt u nxandruhom fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Lejliet l-ordinazzjoni, Newsbook.com.mt se jkun qed itella’ programm speċjali dwar Mons. Anton Teuma, b’intervista esklussiva miegħu u ma’ persuni qrib tiegħu.

Kun parti mill-programm billi tibgħatilna imejl anke b’mistoqsijiet li tixtieqna nistaqsuh.

Il-Konsagrazzjoni Episkopali se ssir fil-5.30pm fir-Rotunda Arċipretali San Ġwann Battista fix-Xewkija. Il-Ħamis li ġej fit-8pm se ssir ċelebrazzjoni ta’ talb bi tħejjija, fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni  fir-Rabat Għawdex. Din se ssir bil-magħluq. Newsbook.com.mt se jxandar dawn iċ-ċelebrazzjonijiet live.

Min hu l-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex?
Ritratti: Minn welder għal Isqof ta’ Għawdex