Għandek mistoqsijiet dwar Brexit? Il-Gvern Malti jwieġeb

Propju minn nhar it-Tnejn li ġej, se jiġi attivat helpline għall-mistoqsijiet fuq l-effetti u l-konsegwenzi ta’ Brexit. Dan ġie spjegat fi stqarrija mill-Gvern Malti kif ukoll imħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-indirizz tiegħu nhar l-Erbgħa.

Il-helpline se jkun fuq il-pjattaforma ta’ servizz.gov permezz tal-freephone 153. Intant, fir-Renju Unit se tiġi mnedija helpline oħra permezz tal-Kummissjoni Għolja Maltija fir-Rwnju Unit ibbażata f’Malta House f’Londra. In-numru għal din se jkun 02072924800 matul il-ħinijiet tal-uffiċċju u wara l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq 07836503990.

Wieħed jista’ jaċċessa wkoll aktar informazzjoni dwar l-istess suġġett minn fuq il-websajt tal-Gvern.