“Għandek kuxjenza?” – Evarist Bartolo

Read in English.

Il-Ministru Evarist Bartolo qed jerħilha ta’ spiss fuq Facebook sabiex jgħaddi l-kummenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-pajjiż.

Propju dalgħodu, hu tella’ żewġ posts ġodda. Fl-aktar waħda riċenti qal “min ifaħħrek. Min jgħajrek Ġuda. Għandek kuxjenza? Tqabbdek triq. Ħudha.”

Dan il-messaġġ tal-Ministru Bartolo ġie propju wara li lbieraħ filgħaxija, fuq l-istazzjon nazzjonali l-Prim Ministru ħabbar li se jirreżenja minn Kap tal-Partit Laburista u Prim Ministru f’Jannar li ġej.

“Xi jrid jiġri iżjed biex nitgħallmu”

Intant, f’messaġġ ieħor, l-istess Bartolo staqsa: “Xi jrid jiġri iżjed biex nitgħallmu bis-serjetà li n-nies tal-flus għandna bżonnhom għall-investiment u l-iżvilupp ekonomiku iżda mhux li jkollhom influwenza żejda f’pajjiżna u fl-istituzzjonijiet tagħna?”