​Għandek kasetts, żigarelli u diski antiki?

Għall-proġett Magna Żmien – Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi qed jinġabar materjal fuq żigarelli (audio reel), kasetts u diski, biex jiġu kkonvertiti għal format diġitali.
Il-proġett, huwa parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018, u għandu l-għan li joħloq opportunità li wieħed jiġbor, jiddiġitizza u jaċċessa stejjer u memorji antiki li qed jintesew, u li jinsabu merfugħin f’kollezzjonijiet personali awdjoviżivi fid-djar tal-Maltin.
Kull min jagħti dan il-materjal, jieħu lura b’xejn kopja diġitali tal-memorji tiegħu.
Aktar dettalji hawn.