Għandek idea kif tista’ ssebbaħ l-għelieqi mitluqin?

L-Awtorità tal-Ippjanar f’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet konsultazzjoni pubblika dwar regoli ġodda li huma proposti bl-iskop li jtejbu l-kwalità tal-ambjent rurali f’Malta.
Dan ifisser li jekk għandek xi idea jew proposta biex issebbaħ l-għelieqi mitluqin tista' tissottometti l-ideat tiegħek mal-Awtoritajiet.
Ir-regoli proposti jipprovdu l-qafas legali għar-riġenerazzjoni tal-postijiet li jisfaw vittma ta’ rimi illegali jew baqgħu abbandunati għal tul ta’ żmien.
Wara preparazzjoni ta’ studji dettaljati biex jiddeterminaw il-metodu xieraq għar-riġenerazzjoni taż-żona, il-liġi l-ġdida se tippermetti lill-Awtoritajiet biex iwettqu proġetti ta' restawr tal-ħabitat f'dawn l-oqsma.
Il-proġetti jistgħu jinkludu fost l-oħrajn l-afforestazzjoni ta' żoni bħal dawn.
Ir-regolamenti proposti jistgħu jinkisbu mill-websajts tal-Awtoritajiet, mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi
Is-sottomissjonijiet jibqgħu miftuħa sat-Tnejn 22 ta' Jannar 2018.
Ritratt: Arkivji