Għandek id-demm tat-tip O Positive?

Għad hemm bżonn kbir għad-demm tat-tip O Positive.
Rappreżentant tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm tkellem ma’ newsbook.com.mt u spjega kif minkejja li llum il-Ħadd, wieħed xorta jista’ jmur jagħti d-demm fiċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamangia.
Dan minħabba li r-riżerva hija ferm baxxa meta mqabbla mal-ħtieġa li hawn għal dan it-tip ta’ demm speċifiku.
Filwaqt li jħeġġeġ b’mod speċjali lin-nies kollha li qatt ma marru jagħtu d-demm, hu jfakkar lil kulħadd biex jiekol ikla tajba qabel ma jmur jagħti d-demm, jixrob żewġ tazzi ilma u jieħu miegħu l-karta tal-identità.