Għandek dubju dwar kif tikteb xi kelma bil-Malti?

Tisma’ lil bosta nies jilmentaw li ma jafux kif jispellu xi kelma bil-Malti, jew li l-forom tal-verbi jfixkluhom, jew saħansitra li l-mudelli li jiġu spelluti fuqhom il-verbi jinsewhom.

L-Għaqda tal-Malti – Università qiegħda tikkollabora mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti biex tiġbor dawn id-dubji jew diffikultajiet tan-nies fuq l-ortografija Maltija, sabiex imbagħad tniedi kampanja, fil-forma ta’ filmati, bi spjega ta’ kull diffikultà.

L-għan tal-għaqda studenteska f’din l-inizjattiva huwa li n-nies ma jevitawx li jużaw il-Malti fuq il-midja soċjali, fil-messaġġi li jibagħtu, fl-ittri jew fi kwalunkwe kitba li jkollhom jiktbu, għax jibżgħu li jieħdu xi żball.

Kull min jixtieq jibgħat il-mistoqsija tiegħu jista’ jibgħat email fuq ghaqdatalmalti@gmail.com sal-11 ta’ Settembru u jsegwi l-paġna tal-Għaqda tal-Malti fuq Facebook.

Għandek xi dubji jew diffikultajiet fuq l-ortografija Maltija u tixtieq tiċċarahom? Hemm xi regoli ortografiċi li…

Posted by Għaqda tal-Malti on Monday, August 31, 2020