Għandek ċans li toħloq tbissima…

Bdiet il-15-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima li fiha jinġabru donazzjonijiet għad-Dar San Ġużepp f’Santa Venera u għall-missjonijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, MSSP, fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini.
Id-Direttur tad-Dar ta’ San Ġużepp Fr. Louis Mallia qal li jara tliet pilastri f’din il-Maratona, il- ġenerożità tal-voluntiera, il-ġenerożità ta’ min iċempel u jagħti l-kontribut tiegħu u l-id t’Alla li tagħmel dan kollu possibbli. 
Il-maratona li nfetħet mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għandha għaddejja sa nofsillejl ta’ nhar il-Ħadd li ġej. L-attività se tixxandar fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ NET TV, ONE TV u TVM. 
Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-Maratona, billi jżur l-attività f’Santa Venera u jagħti d-donazzjoni tiegħu. 
Min jixtieq jagħtii d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħtmel dan billi jċempel fuq: 
€10                  51602004
€15                  51702007
€25                  51802009
SMS €4.66      50618099

L-aħħar tliet ritratti: Ian Noel Pace