Għandek bejn 17 u 27 sena u tixtieq tkun Miss Universe?

Malta se tirritorna fl-akbar u l-aktar konkors prestiġġjuż ta' sbuħija fid-dinja – Miss Universe.
Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza, minn Glow Promotions fetħu l-applikazzjonijiet għall-konkors Miss Universe Malta, li minnu tfajla se tingħata ċ-ċans li tirrappreżenta lil Malta f'dan il-konkors internazzjonali, li jixxandar ma' aktar minn 40 pajjiż differenti u jiġi segwit minn 'il fuq minn biljun ruħ madwar id-dinja.
Biex jiġu magħżula l-kontestanti għal din is-sena se jsiru auditions nhar l-Erbgħa 13 ta' April bejn il-5.30pm u t-8.30pm u nhar il-Ħadd 17 ta' April bejn l-10am u s-2pm. 
Jistgħu japplikaw dawk li għandhom bejn 17 u 27 sena, u mhumiex miżżewġin.
Min jixtieq jattendi għall-auditions għandu jċempel fuq 79855838 jew 79279571.
Wieħed jista' jżur ukoll il-paġna uffiċjali ta' Miss Universe Malta fuq Facebook u Twitter.