Għandek appartament vojt? Għin lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Dawk kollha li forsi għandhom appartament li huwa vakat u jistgħu jgħinu, hemm numru ta’ infermiera u ħaddiema oħrajn fil-qasam tas-saħħa li qed ifittxu appartamenti għal dan iż-żmien.

Dawn il-ħaddiema qed jagħmlu hekk sabiex jassiguraw li bl-ebda mod possibbli ma joħolqu xi tip ta’ periklu għall-familji tagħhom hekk kif il-pandemija tal-coronavirus jidher li qed tikber f’Malta wkoll.

F’appell, il-President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), Paul Pace, appella għall-ġenerożità ta’ dawk kollha li għandhom il-possibiltà joffru saqaf lil dawn il-persuni, li qed jaħdmu ta’ kuljum qatta’ bla ħabel, biex jipproteġu lill-poplu Malti minn aktar trażmissjoni.

Kull min jista’ jgħin, jista’ jċempel fuq 79033033.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn