Għandek 50 żona għall-għawm minn fejn tagħżel das-sajf

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li hemm 50 żona ddedikati għall-għawm das-sajf f’Malta.

Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport qal li l-Ministru Ian Borg qal li huwa importanti li wieħed jiddeverti b’mod responsabbli li ma joħloqx periklu. Hu qal dan waqt li kien qiegħed iniedi t-tieni parti tal-kampanja ‘Fuq il-Baħar Kun Prudenti’.

Il-Ministeru għat-Trasport qal li l-ewwel parti tal-kampanja kienet immirata għal dawk li jagħmlu użu mill-opri tal-baħar filwaqt li t-tieni fażi għandha l-għawwiema bħala udjenza.

Borg qal li hemm 50 żona għall-għawm immarkati minn Transport Malta.

Skont il-Ministeru, “dawn iż-żoni li jistgħu jiġu identifikati b’sinjali li twaħħal l-Awtorità għat-Trasport kif ukoll mill-fatt li huma segregati minn bagi, huma żoni ddedikati għall-għawwiema u ma jistgħux jidħlu dgħajjes fihom”.

Il-Ministru Borg spjega kif is-sena l-oħra kien hemm aktar minn 1,000 spezzjoni fuq l-opri tal-baħar, li minnhom irriżultaw aktar minn 200 twissija, aktar minn 200 multa amministrattiva u aktar minn 400 ċitazzjoni, filwaqt li aktar minn 550 dgħajsa nstabu f’ordni tajba. Saru wkoll aktar minn 1,000 spezzjoni addizzjonali fuq dgħajjes kummerċjali fil-Blue Lagoon f’Kemmuna.

Il-Ministeru ta parir li l-għawm isir fiż-żoni tal-għawm, jiġifieri ma jinqabżux il-bagi ħomor u sofor. L-għawwiema se jsibu l-informazzjoni relevanti u kuntatti f’każ ta’ emerġenza fuq numru ta’ boards f’dawn iż-żoni stess.

Fost ir-regoli għad-dgħajjes:

  • Jeħtieġ liċenzja nawtika, ċertifkat tal-assigurazzjoni u ċertifikat tar-reġistrazzjoni biex issuq dgħajsa ta’ aktar minn 30 HP.
  • Il-veloċità fil-portijiet, 300 metru ’l barra minn bajjiet tar-ramel u 200 metru ’l barra minn bajjiet tal-blat għandha limitu ta’ 10 knots.
  • Il-veloċità f’marinas u fejn l-irmiġġi għandha limitu ta’ 3 knots.
  • Kull dgħajsa għandu jkollha t-tagħmir kollu tas-sigurtà neċessarju u xi ħadd li mhux se jkun fuq id-dgħajsa għandu jkun avżat fejn sejjer u għal x’ħin mistenni tidħol lura.
  • Importanti dik li hi magħrufa bħala l-1/3 Rule – meta toħroġ bid-dgħajsa ara li jkollok fuel biex tmur, biex tiġi lura u kemm użajt biex tmur għal każ ta’ emerġenza.
  • Dejjem segwi n-Notices to Mariners li jkun hemm fuq is-sit elettroniku ta’ Transport Malta, filwaqt li tara kif inhu prevvist li se jkun it-temp.

Fejn tista’ tmur tgħum?

Skont is-sit ta’ Transport Malta hemm 49 post fejn wieħed jista’ jmur jgħum.

Malta

  • Ġnejna Bay
  • Għajn Tuffieha
  • Golden Bay
  • Paradise Bay
  • Armier Bay
  • Mellieħa (Għadira Bay)
  • Mellieħa (It-Tunnara)
  • Mgiebaħ
  • Selmun
  • St Paul’s Bay (Tal-Veċċja)
  • St Paul’s Bay (Tal-Għażżelin)
  • St Paul’s Bay (Il-Fekruna)
  • St Peter’s Pool
  • Buġibba (Main Square)
  • Buġibba (Perched Beach)
  • Qawra Bay
  • Salina Bay
  • St Julian’s (St George’s Bay)
  • St Julian’s (Spinola Cavalieri)
  • St Julian’s (Spinola)
  • Tas-Sliema (Exiles)
  • Ta’ Xbiex
  • Marsamxett (Waterpolo Pitch)
  • Kalkara (Ir-Rinella)
  • Marsaskala (Iz-Zonqor)
  • Marsaskala (ex Jerma Hotel)
  • Marsaskala (St Thomas Bay)
  • Xrobb l-Għaġin
  • Delimara (Il-Kalanka)
  • Birżebbuġa (Pretty Bay)
  • St Paul’s Bay (Ix-Xemxija)
  • Tas-Sliema (Fond Ghadir)
  • Birżebbuġa (San Gorg)
  • Ċirkewwa
  • Tigne’ (Tas-Sliema)
  • Marsaxlokk
  • Balluta (San Giljan)
  • Qawra Bay (below Sea Front Hotels)
  • Qajjenza

Għawdex

  • Qbajjar
  • Marsalforn
  • Ramla l-Hamra
  • San Blas
  • Ħondoq ir-Rummien
  • Mġarr ix-Xini
  • Xlendi

Kemmuna

  • Blue Lagoon
  • San Niklaw
  • Santa Marija