Jekk għandek 18-il sena u lest li tmur fuq avventura fl-Ewropa – din hija l-opportunità għalik.
Fi stqarrija, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ qed jippromwovi l-proġett pilota madwar l-Ewropa kollha bl-isem #DiscoverEU.
Għal din l-inizjattiva qed jitqassmu 15,000 biljetti tal-ajru u biljetti tal-ferrovija b’xejn biex tkun tista’ ssiefer fl-Ewropa u tiskopri l-pajjiżi Ewropej ġirien tagħna.
L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li jinvolvi il-ġenerazzjoni żagħżugħa fir-rikostruzzjoni ta’ Ewropa li tista’ toħloq opportunitajiet ġodda, Ewropa li tikkontribwixxilhom ftit ftit sens ta’ identità Ewropea.
Dawk li huma eleġibli u għandhom din ix-xewqa, jistgħu jirreġistraw fuq il-website tal-portal ewropew taż-żgħażagħ sas-26 ta’ Ġunju.
Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ inkoraġixxa lil dawk eleġibbli biex jieħdu sehem f’din l-iskema.