Agħmlu użu mill-online shopping – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex fejn hu possibbli jagħmel użu mill-onlajn shopping minflok imur fis-supermarkets.

Fearne kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-MP Nazzjonalista Edwin Vassallo. Fil-Parlament, Vassallo staqsa jekk Fearne jistax jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li f’negozji li jagħmlu l-użu ta’ trolleys, minn ħin għall-ieħor, it-trolleys jinħaslu sabiex ikun hemm inqas riskju ta’ tixrid tal-mard.

Fearne qal li s-Superintendenza għas-Saħħa Pubblika tinsab f’kuntatt mal-Kamra tal-Kummerċ dwar inizjattivi li jridu jittieħdu mis-supermarkets fis-sitwazzjoni tal-COVID-19. Sadanittant talab lill-klijenti sabiex jekk se jmorru jixtru, jżommu d-distanza ta’ żewġ metri minn persuni oħrajn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn