“Agħmlu li tistgħu biex trażżnu l-Covid-19” – WHO

FILE PHOTO: Director-General of World Health Organization (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus attends a news conference on the outbreak of the coronavirus disease (COVID-19) in Geneva, Switzerland, March 16, 2020. Christopher Black/WHO/Handout via REUTERS

L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) permezz tal-kap tagħha Tedros Adhanom Ghebreyesus għamlet appell biex il-pajjiż jagħmel dak kollu possibbli biex irażżnu u jikkontrollaw il-coronavirus.

Dan wara li fl-ewwel mewġa ġimgħat ilu, ħafna pajjiżi kaxkru saqajhom biex ħadu l-passi meħtiega biex jippruvaw isibu tarf is-sitwazzjoni. Hu lmenta li kien hemm ċerti pajjiżi, mingħajr ma’ speċifika liema kienu, li ħlew il-ħin hekk kif bdew ifeġġu l-ewwel każijiet.

Dan hekk kif l-indikazzjonijiet tal-WHO huma li l-Istati Uniti se tispiċċa bħala l-epiċentru ġdid tal-infezzjonijiet fid-dinja fost ottimiżmu li ċ-Ċina sabet tarf tal-infezzjonijiet u forsi anki l-Italja u tama li l-Indja ssib tarf malajr tal-infezzjonijiet.

Dan iżda fost tħassib tal-WHO li ħafna pajjiżi li qed jiintlaqtu ħazin ma kellhomx tagħmir biżżejjed biex jipproteġu l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa milli jispiċċaw infettati.

Tedros ukoll faħħar d-deċiżjoni biex il-Logħob Olimpiku ta’ din is-sena jkun pospost bl-iskop li tkun salvagwardjata s-saħħa kemm tal-atleti kif ukoll tal-ispettaturi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn