Għamlet kesħa daqskemm ġie mbassar?

Ilbieraħ it-tbassir tat-temp kien li l-inqas temperatura tkun ta’ 5 °C, però jidher li issa l-inqas temperatura matul il-ġurnata se tinżel għal 6 °C.

Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Ħal Luqa, Ħad-Dingli qed jesperjenza l-aktar kesħa b’ 7°C. Min-naħa l-oħra, l-aktar post sħun f’Malta bħalissa hija ż-żona magħrufa bħala l-Benghasja b’ 11°C.

Luqa Met Office

Ilbieraħ, il-Gvern ħareġ appell lill-anzjani biex iżommu ruħhom attivi, iżommu d-djar tagħhom sħan u jilbsu sew. Dan minħabba li fil-jiem li ġejjin it-temperatura se tkompli tinżel.